Hekk kif bosta Maltin jerħulha lejn ir-Renju Unit fi żmien il-festi li jinsabu wara l-bieb – numru sostanzjali minhom inevitabbilment jerħulha għax-xiri f’Londra, partikolarment f’Oxford Street – u din id-darba ser jixhdu r-ribor għall-Milied.
Ta’ kull sena din it-triq fil-kapitali Ingliża tiżżejjen b’ilwien festivi u dwal ikoniċi, u huwa proprju dan id-dawl li ser ikun qed jinbidel. Għall-ewwel darba f’sitt snin dan id-dawl ser ikun qed jinbidel kompletament, wara li ttieħdet id-deċiżjoni li flok il-baubles, ser ikunu qed jiddendlu purtieri tal-LEDs b’total ta’ 222,000 bozza.
Id-dwal mistennija jinxtgħelu fil-21 ta’ Novembru b’avvenimenti tul it-triq kollha b’fost oħrajn kunċerti organizzati ankè mill-istazzjon Capital.
//= $special ?>