“Lorin Scicluna, wieħed mis-suldati akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane deher mifxul u mbeżża’ ħafna. Beda jgħidli li ma kien qatel lil ħadd u anke nfaqa’ jibki. Id-dikjarazzjoni li ma kienn qatel lil ħadd irrepetiha diversi drabi, iżda ma kienx qed jitwemmen.”
Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Trevor Micallef li xehed meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Lorin Scicluna ta’ 22 sena u Francesco Fenech ta’ 21 sena, żewġ suldati akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane ta’ 42 sena mill-Kosta tal-Ivorju.
Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Micallef qal li f’Mejju li għadda l-Ispettur Keith Arnaud kien daħħlu fil-każ u mill-investigazzjonijiet li saru l-Pulizija kellha suspett f’karozza li rriżulta li kienet ta’ Lorin Scicluna.
Ix-xhud irrakonta kif meta ġie arrestat, Lorin Scicluna kien ġie assistit mill-avukat Jason Azzopardi u qal li ma’ Lorin Scicluna huwa mar diversi postijiet fosthom f’ħanut tal-pastizzi, Raħal il-Ġdid u Delimara. Lorin ma deherx kalm u beda jgħid ma qatel qlil ħadd u nfaqa’ wkoll jibki.
L-Ispettur Micallef qal li beda jistaqsi lil Scicluna għal diversi drabi jekk kienx hu li qatel lil Cisse, iżda huwa baqa jirrepeti li ma qatel lil ħadd. Lorin Scicluna deher konfuż u beda jmiss xagħaru, bil-pulizija induna li huwa ma bediex jgħid l-verità.
Kien il-Ġimgħa tard filgħaxija, għal xi nofsillejl, meta Lorin Scicluna flimkien mal-Pulizija mar id-depot tal-Pulizija u ddeċieda li jgħid il-verità. Hawnhekk kien issemma Franceso Fenech. Bil-pulizija tinterrogah u hawn ħarġu aktar fatti fuq il-każ.
Fil-bidu xehed ukoll raġel mill-Mali li qal li Cisse kien għamel xahar jgħix miegħu wara li l-vittma jgħix il-Fgura. Mahamdu Keita qal li hu jgħix Birżebbuġa u li kien jaf lil Cisse sew imma ma kienx jaf li kellu l-problemi.
Xehed ukoll Roderick Pace li jmexxi l-impjant ta’ Schembri and Sons, liema mpjant jinsab f’Ħal Far. Huwa qal li l-vittma kien jaħdem miegħu bħala ‘steel fixer’ u li kien jaħdem mis-7.00am sal-4.00pm u ġieli l-5.00pm. Qal li kien bniedem kwiet u jaħdem u li qatt ma kellu problemi miegħu.
Qal li ma kienx jaf li kellu xi problemi ma’ xi ħadd u li jiftakar kien mar għal ftit taż-żmien ġewwa pajjiżu u reġa’ rritorna jaħdem miegħu. Iż-żewġ suldati minbarra li huma akkużati bil-qtil ta’ Lassana Cisse Souleymane qegħdin jiġu akkużati wkoll li kkawżaw ġrieħi ta’ natura gravi fuq żagħżugħ miċ-Chad.
Cisse inqatel fi Triq il-Ġebel Birżebbuġa f’April li għadda. Filwaqt li Ibrahim Bahh u Mohammed Diallo li huma mill-Gambja kienu sfaw feruti. Għal Lorin Scicluna qed jidhru l-avukati Franco Debono, Kris Busietta u Julian Farrugia, filwaqt li għal Francesco Fenech qed tidher l-avukat Gianella De Marco. Filwaqt li l-avukat Alfred Abela qed jidher għal parte civile.
//= $special ?>