Lokali

Owen Bonnici jgħid li hu wkoll kien jagħti €500 lil Kurt Farrugia

Li kieku kienet fid-diskrizzjoni tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici wkoll kien jagħti lil Kurt Farrugia kuntratt li jiggarantilu paga li kapaci titla’ sa €500 kuljum.

Owen Bonnici għamel din id-dikjarazzjoni fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet fejn bħall-kollegi tiegħu, ħarab milli jweġibna xi kwalifiċi għandu Kurt Farrugia.

Iżda bħalma hu sintomatiku tal-membri tal-Kabinett, li wieħed wieħed qed jaqbżu għal Kurt Farrugia, lanqas Owen Bonnici ma jaf xi kwalifiċi għandu biex tpogga’ bħala Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise.

Fl-aħħar jiem kien żvelat li fl-ewwel sena tiegħu fit-tmexxija tal-Malta Enterprise, Farrugia se jingħata paga ta’ 130,000 fis-sena … li titla’ sa kważi 179,000 sad-disa’ sena.

Kurt Farrugia jirċievi wkoll somma ta’ €130,000 li tagħha lanqas biss jiġi ntaxxat f’każ li jirriżenja wara sentejn jew madwar kwart ta’ miljun ewro jekk tkun il-Malta Enterprise li titterminalu l-kuntratt.

Intant, il-kummenti ta’ Owen Bonnici jkomplu jikkonfermaw dak li qalilna l-Ministru Konrad Mizzi… jiġifieri li l-Gvern kollu qabel li l-ħabib tal-Prim Ministru jingħata din il-pożizzjoni.

L-istess il-Ministru Evarist Bartolo li ħareġ għonqu għal Kurt Farrugia. Matthew Mamo għal Net News.