Grupp ta’ residenti li joqgħodu fi Triq Wied in-Noqor, f’Ħal Farruġ, ilhom xhur jitkarrbu biex it-triq tagħhom, li nqalgħet xhur ilu, titlesta.
Iżda l-karbiet tagħhom ġew injorati, ix-xita waslet u dak li kienu qed jistennew seħħ; it-triq tagħhom inbidlet f’pixxina.
Agħar minn hekk, l-awtoritajiet ilhom sa minn Ġunju jqarrqu bihom. Kienu qalulhom li fadal biss l-aħħar saff tarmak u li dan se jsir dalwaqt, iżda erba’ xhur wara din il-wegħda ma seħħitx.
Bl-ilma li niżel fl-aħħar jiem kollu jinġema’ f’din it-triq, ir-residenti issa jridu jaraw kif jibdew il-ġurnata billi jgħaddu minn għadira ilma waqt li jittamaw li xi darba xi ħadd jiftakar fihom.
//= $special ?>