Lokali

Sgassati l-uffiċċji tal-Wild Birds Regulation Unit

Il-Pulizija qed tinvestiga sgass fl-uffiċċji tal-Wild Birds Regulation Unit, f’Santa Venera.

Għalkemm s’issa mhux magħruf jekk insteraqx xi ħaġa minn dan l-uffiċċju, l-indikazzjonijiet huma li l-isgass ma sarx għal skop ta’ flus. Dan għaliex f’dan l-uffiċċju jinżamm biss ammont negliġibbli ta’ flus.

Filfatt jirriżulta li l-impjegati li ndunaw bl-isgass, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, innutaw li fil-post kien hemm numru kbir ta’ dokumenti mferrxa mal-art.

Dan l-uffiċċju jinvestiga każi relatati ma’ illegalitajiet ta’ kaċċa u nsib. Filfatt l-investigazzjoni għandha l-iskop li tistabbilixxi jekk naqsux xi files relatati ma’ xi investigazzjoni li għaddejja bħalissa.