Qorti fi Brussell ipposponiet is-smigħ għall-estradizzjoni ta’ Carles Puigdemont, li kien imexxi r-reġjon ta’ Katalonja, lejn Spanja. Puigdemont kien protagonista fil-moviment tal-Katalani għall-indipendenza minn Spanja u l-proċess fil-qorti kellu jevalwa l-mandat ta’ arrest ( minn Madrid) fil-konfront tiegħu. Intant ġie deċiż l s-smigħ inkwistjoni isir fis-16 ta’ Diċembru.
Puigdemont kien eżilja lilu nnifsu fi Brussell wara li Katalonja falliet fit-tentattiv għall-indipendenza fl-2017. Hu kien imexxi l-Gvern tar-reġjun u ilu minn wara Ottubru tal-2017 jgħix fil-kapitali Belġjana.
L-awtoritajiet fi Spanja – li qabel kienu fallew fl-isforzi għall-estradizzjoni ta’ Puigdemont – ġeddew it-tentattiv wara li l-Qorti Suprema f’Madrid, dan ix-xahar, ikkundannat disa’ mexxejja Katalani separatisti għal madwar 13-il sena ħabs, b’konnessjoni mar-rwol tagħhom fl-avvenimenti tal-2017.
Min-naħa tagħha, l-Aġent Deputat Prim Ministru ta’ Spanja, Carmen Calvo, qalet, li l-Gvern tagħha ‘mhux se jifhem’ sitwazzjoni fejn il-Belġju jista’ jiddeċiedi biex ma jestradix lil Puigdemont lejn pajjiżu.
//= $special ?>