Lokali

Bla pjan dwar il-ħaddiema barranin

Neħtieġu l-ħaddiema barranin jekk tridu tieħdu pensjoni.  Kliem il-Prim Ministru Joseph Muscat lill-poplu Malta ftit tax-xhur ilu.

Fl-aħħar snin, pajjiżna ra numru rekord ta’ barranin jiġu jaħdmu Malta, bil-pressjonijiet kollha li dawn qed joħolqu mhux biss fuq l-infrastrtuttura, imma anke fuq il-poplu Malti.

Reċentemant, il-Kap Eżekuttiv ta’ Jobsplus, Clyde Caruana qal li pajjiżna jeħtieġ izid 10,000 barrani iehor din is-sena. Mistoqsi mill-programm Net Live jekk din ic-cifra hix sostenibbli u jekk hux se jingiebu aktar haddiema minn dan l-ammont, Clyde Caruana naqas milli jaghti cifra ezatta.C

Skonta statistika ta’ Jobsplus, fl-2012 f’Malta kien hawn madwar 11,200 ħaddiem barrani.

Illum dawn jammontaw għal 64,000, bin-numru żgur li se jaqbeż is-70,000.

Caruana ġie mistqosi wkoll x’setturi ġodda qed jinholqu għall-ħaddiema Maltin, fejn b’sorpriza semma’ biss il-manifattura u l-qasam finanzjarju – setturi li ilhom snin li twaqqfu minn Gvernijiet precedenti, bi Clyde Caruana jibqa’ ma jsemmix imqar settur wieħed biss li nħoloq minn dan il-Gvern.