Bandiera Ħamra Estrema – għall-ewwel darba f’Los Angeles, twissija ta’ bandiera ħamra estrema dwar in-nirien qliel li ħakmu l-belt ta’ California.
Dan hekk kif in-nar li qed jinfirxu bla kontroll issa rduppjaw fil-kobor.
Kawza tan-nar, zoni qrib San Francisco reġgħu spiċċaw mingħajr dawl.
L-aħħar rapporti qed jgħidu li n-nirien bdew minn wires tal-elettriku. Esperti qalu li video partikolari qed juri żokk ta’ siġra tal-ewkaliptus jinqasam u jaqa’ fuq wire tad-dawl tal-Los Angeles Department of Water and Power, u li wassal biex jitqabbdu n-nirien.
Sa issa hu kkalkulat li mal-142 dar ġew meqruda, filwaqt li 90,000 għadhom f’riskju, bir-riħ waqqi ma jgħinx is-sitwazzjoni.
//= $special ?>