Sport Waterpolo

Exiles iħallu pajjiżna biex jibdew avventura storika fil-Euro League

Għaxra mill-14-il plejer ta' Exiles li ħallew pajjiżna llum

Iċ-champions lokali tan-nisa Exiles Elia Caterers ħallew pajjiżna lejn Ruma biex jieħdu sehem fir-rawnd preliminari tal-Euro League. Dan hu mument storiku għalihom hekk kif se jsiru l-ewwel tim tan-nisa li se jikkompeti f’kompetizzjoni Ewropea.

Huma jinsabu konxji mid-diffikultà li se jsibu quddiemhom iżda jinsabu determinanti li jkollhom l-aħjar prestazzjonijiet possibbli. Exiles ġejjin minn staġun mill-aqwa hekk kif minbarra l-kampjonat, rebħu n-knock-out u s-Super Cup fi staġun li ma kinux megħluba.

L-iskwadra ta’ Exiles hi magħmula minn Abbey Bonello, Maria Gatt, Kaia Agius, Kendra Navarro, Denise Micallef, Martina Darmanin, Alyssa Diacono, Rhea Cutajar, Emily Diacono, Giulia Zammit Lonardelli, Kela Zammit, Eline Antonissen, Stephanie Tanti Desjardins u Maia Bonello. Fost din l-iskwadra hemm il-plejers ta’ San Ġiljan Denise Micallef, Rhea Cutajar u Stephanie Tant Desjardins u l-Olandiża Eline Antonissen li ġew mistiedna biex jingħaqdu mat-tim għal din il-kompetizzjoni.

Il-kontinġent immexxi mill-President Andrew Paris, jinvolvi skwadra ta’ 14-il plejer flimkien mal-kowċ Gordon Zammit, il-fiżjoterapist Matthew Zammit u Michelle Zammit mill-Exiles Academy.

Il-logħob ta’ Exiles

Għada: Exiles v SIS Roma 7.45pm

Il-Ġimgħa: Exiles v Kinef Kirishi 11.45am

Is-Sibt: Exiles v Dunaujvaros 6.00pm

Il-Ħadd: Exiles v ZV De Zaan 10.00am

Tags