Lokali Qorti

Eżorċista jgħid li ma semax spirti jitkellmu f’każ stramb dwar stupru

Eżorċista xehed fil-Qorti dwar każ stramb ta’ stupru stramb li huwa ma ra xejn spiritwalment ħażin waqt diversi venji ta’ talb fid-dar tal-akkużat. Il-każ jikkonċerna żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Bormla, li ismu ma jistax jissemma fuq ordni tal-Qorti, li kompla quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.

Ir-raġel li huwa akkużat bi stupru fuq mar vulnerabbli li tiġi omm it-tfajla tiegħu – kif ukoll li kkawża lilha u lit-tfajli tiegħu atti sesswali kontra l-volontà tagħhom u li ġiegħhom jagħmlu affarijiet li jmorru kontra d-diċenza u li kkawżalhom ġrieħi ħfief.

Huwa qed jiġi akkużat ukoll li kkaġuna lil oħt it-tfajla tiegħu u lil ommha biża li se ssir vjolenza fuqhom u li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ta’ tfajla ta’ 15-il sena, membru tal-familja tagħhom.

L-Avukat tad-difiża tella’ bħala xhud lil eżorċista l-qassis John Vella li qal lill-Maġistrat Nadine Lia li kien hemm ħafna distruzzjoni u tifrik fid-dar tal-omm u t-tfal u li dawn qalulu li kien hemm oġġetti li kienu jiċċaqalqu waħedhom. Madankollu l-qassis qal li huwa ma raha xejn minn dan kollu.

“L-unika ħaġa li rajt mhux normali li nnutajt hija li hekk kif bdejt inbierek id-dar u ħriġt barra, ma kien hemm ħadd, iżda f’ħin minnhom waqa’ oġġett mit-taraġ u dan kien arloġġ imkisser.” Kompla jgħid li l-arloġġ rah jaqa’ hu filwaqt li l-omm qaltlu li kienet involuta fl-okkult.

Qal ukoll li kulħadd beda jgħid l-istess fid-dar, li xi oġġetti kienu jtiru, tazzi jinkisru u jinstemgħu għadd ta’ vuċijiet li kienu jordnawlhom biex jagħmlu l-ħażin.

Il-qassis kompla jgħid li huwa bierek id-dar minħabba li l-familja kienu qaluli li semgħu vuċijiet tal-ispirti, iżda hu ma ra u sema’ xejn u lanqas ħass xi moviment. Qal ukoll li l-familja ma kinitx għamlet kuntatt miegħu fl-2019, u li l-omm kienet waqqfet milli tagħmel kuntatt miegħu f’Settembru tas-sena l-oħra.

“Kont tkellimt ma’ żewġha li dan kien każ konfuż u li ridt noqgħod attent li ma nitħawwadx jien,” kompla jgħid ix-xhud. Il-mara kienet qalet li kienet tuża l-okkult u li kienet tisħet lin-nies, qal il-qassis.

Meta mistoqsi għaliex hija kienet talbet għal eżorċista, meta donnha hi ma rieditx li jiefqq dawn l-affarijiet, ix-xhud qal li anke hu kien għamilha dawn id-domandi u li qaltlu li kienet xtaqet tieqaf milli tkompli tagħmel dawn l-affarijiet, u għalhekk talbet għall-għajnuna.

“L-akkużat qed jgħid li dan kollu nġieb minn terza persuna, u li huwa vittma ta’ dan kollu”, qal l-Avukat Jason Azzopardi, li staqsa lill-qassis li jeskludiex il-preżenza ta’ spirti jitkellmu permezz ta’ vuċi umana. “Le” qal ix-xhud – iżda f’dan il-każ jien ma smajtx dan kollu. Il-każ ikompli bl-Ispetturi Eman Hayman u Oriana Spiteri jmexxu l-Prosekuzzjoni.