- Chis Said, PN
Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal fil-parlament li dan kien budget bla ebda idea għal Għawdex u li ma jiffaċċjax il-problemi li qed tiffaċċja l-gżira. M’hemm l-ebda idea ġdida għal Għawdex u hemm biss numru ta’ proġetti li ilhom is-snin imwiegħda s-snin; fosthom proġetti li lhom imwegħda f’seba’ budgets preċedenti.
Chris Said sellem lid-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi li jinsab rikoverat u qal li Fredrick Azzopardi ta kontribut kbir il Għawdex għal snin twal.
Żieda biss għall-kuntratti ta’ servizzi
Dwar l-investiemnt li suppost il-gvern wiegħed, Chris Said qal li l-gvern ftaħar li hemm żieda ta’ €8 miljuni iżda €2 miljuni minnhom huma fl-ispiża rikorrenti taħt il-vot ta’ servizzi kuntrattwali. Hu stabbilit li hawn jidħlu d-direct orders, il-konsulenzi u l-position of trust; din hi l-uniku żieda għal Għawdex. Iż-żieda ta’ €6 miljuni fuq il-kapital hi kollha fuq it-toroq iżda din hi qatra f’oċean meta l-gvern qed jonfoq €700 milun fit-toroq f’Malta. It-toroq f’Għawdex jinsabu fi stat diżastruż u jeħtieġu attenzjoni. €9 miljuni minn €10 miljuni jridu jintefqu fuq triq waħda; Triq l-Imġarr li nqalgħet sena ilu u tħalliet maqlugħa waqt li ma sar xejn fuqha.

Chris Said qal li m’hemm leebda żieda għall-istudenti Għawdxin f’Malta, għall-ħaddiema Għawdxin f’Malta li trippla, l-ebda investiment fl-edukazzjoni, fis-saħħa, għall-biedja u s-sajjieda, fl-MCAST u fl-iskejjel, man-negozji ż-żgħar u dwar il-problemi reali li qed jiffaċċja Għawdex.
Il-poblemi reali li ta’ Għawdex mhux indirizzati
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-problemi reali li ta’ Għawdex li m’humiex indirizzati huma l-eżodu taż-żgħażagħ Għawdxin li qed jitilqu minn Għawdex biex jistudjaw, jaħdmu u jixtru djarhom. Għalhekk il-popolazzjoni ta’ Għawdex qed isir dejjem anzjani, problema oħra hi d-differenza fil-pagi bejn il-Maltin u l-Għawdxin; problema li splodiet taħt dan il-gvern.
Chris Said semma’ l-problema tal-kirjiet tal-propjetà fejn anki f’Għawdex din għoliet iżda mhux daqs Malta. Dan qed iwassal biex iktar nies Maltin li mhux ilaħħqu mal-kirijiet f’Malta – għax għandhom problemi – qed jagħżlu li jmrru joqgħodu f’Għawdex.
Għawdex reġjun fil-Kostituzzjoni
Hawn qbil li Għawdex għandu jkun ikkunsidrat reġjun, qal Chris Said, li kompla li fl-2019 il-gvern kellu l-opportunità li jagħmel dan bil-ħolqien ta’ Kunsill Reġjonali elett mill-Għawdex bil-finanzi biex jaħdem u jindirizza l-problemi reali. Il-Gvern ma riedx jisma’ u baqgħu għaddejjin b’dak li riedu huma billi waqqfu Awtorità fażulla kontrollata mill-Ministru għal Għawdex bla finanzi biex taħdem u lanqas poteri.

Għaddew sitt xhur minn meta l-Awtorità kienet approvata iżda l-liġi li għaddiet ma daħlitx fis-seħħ. Din l-Awtorità għandha biss €200,000 biex topera. Għal Għawdex għandu jitwaqqaf Kunsill Reġjonali elett mill-Għawdxin b’voti eżekuttivi u bil-finanzi biex jaħdem. Il-kunċett ta’ Għawdex reġjun ikun inkluż fil-kostituzzjoni biex kull deċiżjoni tittieħed u teffettwa lil Għawdex trid ttieħed fil-kunċett tar-reġjonalità ta’ Għawdex.
Mozzjoni għal Kumitat Parlamentari għal Għawdex
Il-konsultazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex mal-Oppożizzjoni jew mad-deputati Laburisti Għawdxin ma teżistix meta Għawdex għandu seba’ rappreżentanti li hi l-akbar rappreżentanza li qatt kellu.
Dwar il-wegħda tat-twaqqif ta’ Kumitat Permamenti dwar Għawdex fil-Parlament, Chris Said qal li lanqas dan ma twaqqaf. L-Oppożizzjoni se terssaq mozzjoni biex dan il-Kumitat ikun approvat u qed tistieden lid-deputati Laburisti biex huma wkoll jiffirmaw din il-mozzjoni. Dan il-Kumitat ipoġġi l-aġenda dwar Għawdex fuq l-aġenda tal-gvern mhux biss darb’oħra iżda kull ġimgħa.
Proġetti mhux imwettqa
Dwar l-infrastruttura, Chris Said qal li Għawdex għandu bżonn investiment qawwi fl-infrastruttura; fejn hemm proġett li qatt ma twettqu wara li ilhom jissemmew sena wara sena u anki jisparixxu.
Fost dawn hemm il-cruise liner terminal, il-casino, il-marina tal-jottijiet ġdida, il-qorti ġdid, il-break-water ta’ Marsalforn, il-baga tax-Xlendi, l-Isptar il-ġdid, it-triq alternattiva mill-Imġarr, parkeġġ fix-Xlendi, l-imħażen għad-dilettanti tal-karnival, il-ftuħ mill-ġdid tal-Għar ta’ Calypso, l-SME hub fix-Xewkija, il-master plans ta’ diversi lokalitajiet, tkabbir tal-bajjiet fosthom tax-Xlendi, l-ebda proġett tad-djar, skola primarja ġdida, il-pixxina, il-fibre-optic cable, il-proġett tad-dry standing facilities fix-Xlendi, il-park and ride fit-Triq tax-Xħajma u l-mużew għal Għawdex.
Fl-2013 ma kien fadal ħadd jistenna dar iżda llum din il-lista reġgħet kibret għax ma sar l-ebda imvestiment. Il-Miżbla tal-Qortin u l-iskular tad-drenaġġ fil-bajjiet kienu elimnati minn Gvern Nazzjonalista iżda l-park tal-familja flok il-Miżbla baqa’ ma sarx u jidher li s-siġar li tħawwlu mietu.
Hemm ħames proġetti li huma l-modernizzar ta’ Pjazza San Franġisk, il-faċilitajet għas-sajjieda fl-Imġarr, il-Mitħna tax-Xewkija, d-Dar għall-Anzjani San Ġużepp u ċ-Ċentru tal-Kura Primarja.
Hu qal li d-Dar għall-Anzjani kienet inizijattiva tajba għalkemm il-gvern ma jridx ipoġġi l-ftehim li sar mal-Kurja t’Għawdex. Din id-dar kellha tkun lesta erba’ snin ilu u iżda ma tissemma’ imkien fl-estimi. M’hemm l-ebda proġett ġdid li ma ssemmiex fil-budget iżda issa se jkun hem il-ftuħ tal-Innovation Hub; li se jsir b’fondi li ġab Gvern Nazzjonalista mill-UE. Dan hu proġett tajjeb iżda m’għandux jispiċċa bħall-RS2 ki hemm ħafna inqas ħaddiema minn dan imwiegħda.
Investiment fi triq waħda biss; li ilha maqlugħa sena u nofs
Dwar it-torq u l-parkeġġ, Chris Said qal li f’ħames snin Gvern Nazzjonalista għamel investiment qawwi fit-toroq. F’seba’ snin dan il-gvern ma nefaq xejn mill-fondi tal-UE fuq toroq f’Għawdex.

Triq l-Imġarr issa ilha sena u nofs magħluqa u jidher li lanqas hemm disinji għaliha kaġun ta’ nuqqas ta’ ippjanar. Hu staqsa jekk it-toroq għandhomx jgħaddu taħt Infrastructure Malta, kif qed jistaqsi d-deputat Laburista Clint Camilleri.
Chris Said qal li t-triq li twassal għad-Dwejra hi perikoluża minħabba t-tappieri li hemm u hemm il-problema tal-parkeġġ fir-Rabat wara li dan il-gvern ma ħoloq l-ebda spazju ta’ parkeġġ. Iktar minn hekk Gvern Laburista neħħa numru ta’ parkeġġi. Hu semma’ l-problemi tal-parkeġġ fl-Imġarr fejn illum ma sar fejn fiż-Żewwieqa.
L-Għawdxin marru lura fis-settur tax-xogħol
Settur importanti hu dak tax-xogħol fejn Joseph Muscat kien wiegħed qabel l-2013 li Gvern Laburista joħloq xogħol għall-Għawdxin kollha f’Għawdex iżda dan ma seħħx. L-Għawdxin li jaħdmu mal-gvern tripplaw minn 500 fl-2012 għal 1,500 llum. Id-differenza bejn il-pagi tal-ħaddiema Maltin u ta’ dawk Għawdxin qed tiżdied għal €2,500; fejn ħaddiem Għawdxi qed jaqla’ €2,500 inqas minn ħaddiem Malti. Din hi differenza ta’ tmien darbiet iktar mill-2013. Chris Said qal li familja f’Malta għandha dħul ta’ €5,000 iktar minn familja f’Għawdex. Il-budget ma jindirizzax din il-problema. Ir-reġjun ta’ Għawdex għandu l-inqas dħul disponibbli meta l-Għawdxin għandhom iktar spejjeż biex jivvjaġġaw.
Chris Said qal li Gvern Nazzjonalista ħoloq iktar impjiegi fl-ewwel seba’ snin tiegħu minn kemm ħoloq dan il-gvern fl-ewwel seba’ snin tiegħu. Nies jirreġistraw f’Gaħwdex illum hemm 350 persuna iżda jrid ikun ikkunsidrat il-mijiet ta’ persuni fl-iskemi. Jekk jitneħħew dawn, il-qagħad f’Għawdex ikun iktar minn dak li kien taħat gvern Nazzjonalista fil-kriżi perjodu tal-internazzjonali. F’Għawdex hemm 12,500 dar, żieda ta’ 900 dar. Jirriżulta li fl-aħħar sitt snin naqsu d-dajr li għandhom numru ta’ persuni jabitaw fihom iżda żdiedu d-djar li fihom jabita persuni tant li llum 1900 dar li fihom tgħix persuna waħda biss. Dan juri kemm il-popolazzjoni Għawdxija qed tiżdied waqt li l-ġenerazzjoni żagħżugħa qed titlaq lejn Malta.

Iċ-Ċentru tal-Università jinsab abbandunat waqt li hemm bżonn investiment fl-MCAST.
Falliment il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet; speċjalment f’Għawdex
Chris Said tkellem dwar is-saħħa f’Għawdex u qal li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet kienet falliment totali fejn f’Għawdex il-falliment kien ħafna iktar. Tlestiet l-Iskola ta’ Barts iżda din tlestiet minn Steward għax kien hemm theddida li jitilqu jekk dan ma jsirx. L-iskola inbniet fuq art tal-poplu li ngħatat b’xejn u magħha ngħataw ukoll €70 miljun fis-sena mit-taxxi tal-poplu iżda s’issa investew biss fl-iskola. Issa se jkunu qed jitħallsu wkoll €1.5 miljun fis-sena lil Steward mill-gvern għan-nom ta’ Barts għal 30 sena li jammontaw għal €50 miljun. Din hi korruzzjoni! Il-PN se jkompli jinsisti biex il-kuntratt ta’ Vitals u Steward ikunu pubblikati. Fejn hu l-isptar il-ġdid f’Għawdex li kellu jistlesta sena u nfos ilu?

Dwar it-turiżmu hu qal li hemm setturi li qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar fosthom in-niċċa tad-diving. Dwar il-permanent link, Chris Said appella biex il-gvern ikun ċar, li jippubblika l-istudju b’sommarju u li jsiru kampanji ta’ informazzjoni biex jittieħdu d-deċiżjonijiet.
//= $special ?>