– Claudio Gerch, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-mudell ekonomiku li qed iħaddem dan il-gvern qed ipoġġi l-profitti qabel in-nies.
Fil-parlament d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li n-nefqa fis-settur soċjali tammonta għal waħda kbira li tirrifletti in-natura ta’ kif il-pajjiż iħares lejn dan il-qasam fejn hemm kunsens li din l-ispiża m’hix ħela iżda hi obbligu li sir għall-ġid tas-soċjetà.
Hu qal li fil-budget hemm numru ta’ miżuri li huma ta’ wens fejn jissaħħu l-pensjonijiet għall-persuni b’diżabbiltà. L-Oppożizzjoni qed tikkritika l-fatt li l-budget sar l-istess sena wara l-oħra b’miżuri żgħar li m’humiex il-politika li għandha ssir biex il-pajjiż ikun kompetittiv ma’ pajjiżi iktar żviluppati. Il-budget hu nieqes ħafna milli jindirizza jew jindika r-risposti li hawn bżonn għall-isfidi soċjali.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li d-deċiżjonijiet ekonomiċi meħuda qed iwasslu biex dan il-ministeru qed ikollu jsib il-mezzi biex jagħmel tajjeb għalihom. Dan qed isir biex jipprovaw jibbilanċjaw dak li jkun sar.
In-nies għandhom jiġu qabel il-proftti
Claudio Grech semma’ l-mudell ekonomiku attwat minn dan il-gvern li jpoġġi l-profitt qabel in-nies u qal li l-pajjiż qed joħloq mudell li qed iħalli riperkussjonijiet soċjali kbar. Dan il-mudell inħoloq biex jitkabbar il-GDP akkost ta’ kollox biex illum hawn is-sitwazzjoni li l-pajjiż jinsab fiha.
Hu kompla li l-pre-budget document tal-PN għandu jkun dikuss mill-Gvern fil-mod kif jitkellem fuq it-tkabbir tal-ġid fil-pajjiż minn sempliċi l-pagi u l-profitti. Malta għandha tibda tikkunsidra metodu ġdid kif tikkunsidra l-ekonomija fl-aspett soċjali u l-kwalità tal-ħajja. Mhux b’kemm qed jgħixu n-nies imma kif qed jgħixuha.

Importanti jkun ikkunsidrat kemm il-poplu hu ppreparat għall-ħajja, is-saħħa mentali u kif din titpoġġa fiċ-ċentru tal-politika soċjali, is-sostenibbiltà, l-ispazji miftuħa u d-differenza fil-pagi fil-kuntest tal-ġeneru u kategoriji differenti tax-xogħol. Dan il-proġett għandu l-effetti pożittivi tas-soċjetà biex din tgħix aħjar b’ekonomija ma tpoġġix il-profitt qabel il-persuna.
Claudio Grech semma’ l-living income u qal li Malta kellha tkabbir sostanzjali iżda dak it-tkabbir ma kienx rifless fil-pagi tan-nies.
Wasal iż-mien li ssir diskussjoni fl-MCESD biex il-pajjiż jibda jħares lejn il-pagi. Hemm disparità kbira bejn il-mod kif qed tiker l-ekonomija u l-mod kif qed jgħixu n-nies.
It-tabbir ekonomiku mhux itejjeb is-sitwazzjoni tal-iktar nies vulnerabbli
Claudio Grech tkellem dwar id-dħul għall-anzjani fejn jirriżulta li din hi l-aktar kategorija vulnerabbli fir-riskju ta’ faqar. It-tkabbir ekonomiku mhux iwassal biex l-aktar persuni vulnerabbli jgħixu tajjeb. Hu sostna li ż-żieda fil-pensjonijiet bilkemm qed tikkumpensa għall-piżijiet li qed ikun hemm fuq il-ħajja tal-pensjonanti. Dan hu stabbilit ukoll mill-istatistika tal-NSO. Għalhekk id-dħul disponibbli tal-pensjonanti mhux qed tkun diskussa biżżejjed.
Il-kannabis m’għandhiex tkun legalizzata
Dwar il-problema tal-abbuż mid-droga, Claudio Grech qal li din qed twassal għal pjaga kbira fis-soċjetà. Fil-budget kellu jkun hemm xi forma ta’ rikonxximent li din hi problema li għandha tkun indirizzata b’iktar enerġija fejn jidħlu l-vittmi. Anki l-gvern irid jilleġiżla l-użu tal-kannabis għall-użu personali iżda qabel ma dan jersaq għal din id-deċiżjoni għandu jara l-impatti li jista’ jkun hemm fuq l-aspetti soċjali.

Kull min jaħdem f’din il-problema hu inkwetat b’din id-direzzjoni tal-Gvern u jħossu li din qed tittieħed mnn kunsiderazzjoni biex din id-droga tkun aċċessibbli. Pajjiżi barranin, fosthom fil-Kanada, kellhom riżultati mhux mixtieqa meta ħadu din id-deċiżjoni.
Il-gvern għandu jikkunsidra l-impatt soċjali tal-legalizzazzjoni tal-kannabis għax din tkun kawża li toħloq iktar effetti li se jkollhom jiġu ffaċċjati bi proġetti addizzjonali u b’iktar investiment biex tissewwa l-ħsara li tkun saret.
Diġà hemm ħafna ħsara li qed issir fis-soċjetà u għalhekk m’għandhiex tinfetaħ tieqa għaliex ikun hemm min qata’ qalbu milli jiġġieled il-problema. Il-problema tad-droga ma tisssolviex billi titqassam iktar droga iżda b’iktar edukazzjoni, investiment fl-isport, għarfien individwali fl-iskejjel u iktar attività fuq livell politiku biex il-messaġġ favur il-ħajja jasal. Il-pajjiżi kollha għandhom sfidi kabr quddiem l-alkaħol u t-tipjip u għalhekk m’għandhiex tiddaħħal sfida oħra biex ir-riżorsi limiti fis-settur soċjali jkompli jinfirxu u jikbru.
//= $special ?>