Raġel Malti sofra xi feriti wara li nqabad fi trakk, li nqeleb f’Tal-Pietà. L-inċident seħħ ftit wara t-3pm fi Triq Karmenu Mifsud u s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan.
Minħabba li r-raġel inqabad taħt it-trakk, kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Ma naqsux ukoll għadd ta’ Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar għal aktar kura, bil-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
