Lokali Qorti

Jingħata digriet li jgħid li George Degiorgio jista’ jappella dwar il-każ tal-itteppjar ta’ telefonati

George Degiorgio, wieħed mill-akkużati fil-qtil tal-ġurnalisti Daphne Caruana Galizia ingħata permess li jappella dwar il-każ tal-itteppjar ta’ telefonati fil-konfront tiegħu. Din id-deċiżjoni ngħatat f’digriet li tagħat il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha bħala Qorti Kostituzzjonali preseduta mill-Imħallef Toni Abela.

Il-Qorti qalet li hija ħadet din id-deċiżjoni fuq punt li ġie skartat waqt dawn il-proċeduri, dik li l-ebda parti ma tratta l-kwistjoni li din it-talba saret biss minn wieħed mill-akkużati.

Din it-talba kien milqugħa anke jekk fis-16 ta’ Ottubru li għadda l-istess Qorti kienet ċaħdet it-talba biex jiġu sospiżi l-proċeduri kriminali sakemm il-kwistjoni tal-itteppjar ta’ telefonati tiġi solvuta. L-Avukat William Cuschieri kien qal li l-fatt li saru diversi nterċetazzjonijiet ta’ telefonati lill-akkużati mingħajr ma dawn ġew preżentati fil-Qorti bħala prova, u għalhekk jista’ jkun li dawn saru b’mod illegali.

George Degiorgio kien fetaħ kawża fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn talab li jiġi sospiż is-smigħ tal-oġġezzjonijiet preliminari li għandhom isiru l-Ħamis 31 ta’ Ottubru quddiem l-Imħallef Edwina Galea, u dan qabel mal-każ finalment imur għall-ġuri. Dwar dan il-każ kienet saret talba separata fuq l-interċetazzjonijiet tat-telefonati, f’kawża oħra Kostituzzjonali li kienet saret, u dan dwar il-validità tagħhom.

F’dawn il-proċeduri, l-Avukat ta’ George Degiorgio, William Cuschieri, kien talab lill-awtoritajiet biex jipprouċu evidenza tat-telefonati li kienu saru li skont il-Prosekuzzjoni kienu kruċjali u li dawn kienu mmirati biex jinġiebu bħala prova kontra wkoll ħu George, Alfred Degiorgio u Vincent Muscat, li huma wkoll qegħdin jiġu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Madankollu, fis-16 ta’ Ottubru, eżattament sentejn wara l-isplużjoni li qatlet lil Caruana Galizia, l-Qorti preseduta mill-Imħallef Justice Toni Abela, kienet f’digriet li tagħat ċaħdet it-talba għal dawn it-talbiet.

Dik id-deċiżjoni wasslet applikazzjoni oħra mill-akkużat li talbet li l-istess Qorti tagħati ‘permess speċjali’ skont il-liġi biex tkun tista’ tappella d-digriet mogħti, fejn qalet li jkun ‘aħjar u aktar ġust’ f’għajnejn il-liġi li deċiżjoni bħal din tiġi ndirizzata mill-Qorti Kostituzzjonali.

L-Imħallef Toni Abela laqa’ t-talba fid-digriet li huwa ta. Qal li l-Qorti qatt ma ħasbet li ż-żewġ akkużat l-oħra Alfred Degiorgio u Vince Muscat, m’għandhomx l-istess interess.