Lokali Qorti

Kumpens ta’ €3,000 wara li nkisirlu d-dritt għal smigħ xieraq fi żmien raġonevoli

Raġel ngħata kumpens ta’ €3,000 wara li l-Qorti ddikjarat li l-Avukat Ġenerali kiser id-dritt tal-libertà tiegħu u dan bi ksur tal-artikolu 5 tal-Konvenzjoni Ewropea għal smigħ xieraq fi żmien raġonevoli.

Huwa kien tressaq il-Qorti fl-4 ta’ Jannar tal-2011 u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u dan minħabba oppożizzjoni twila minn naħa tal-Avukat Ġenerali. Huwa kien inħeles mill-arrest f’Settembru tal-2013 wara 31 xahar ta’ detenzjoni, minflok matul il-perijodu massimu ta’ detenzjoni permess mil-liġi ta’ 20 xahar, u dan minkejja li hu preżunt innoċenti.

Fis-27 ta’ April 2012 il-Prosekuzzjoni ddikjarat li ma fadallhiex aktar provi, iżda permezz ta’ rikors tas-16 ta’ Jannar 2012 I-Avukat Ġenerali kien iddikjara li jeħtieg iktar żmien “biex huwa jiddeciedi jekk ghandux iġib ‘il quddiem din l-Att ta’ Akkuza.”

Din it-talba saret diversi drabi u tirriulta sensiela ta’ rinviji u talbiet ghal prorogi mill-Avukat Ġenerali. Huwa kien qal li L-uffiċjal prosekutur ma għamlet l-ebda tentattiv sabiex jitħaffu l-proċeduri u ta’ sikwit kienet tgħidlu li se jgħaddi guri.

Sultana qal ukoll fit-talba li kien għamel li fit-18 ta’ Diċembru 2013, l-Avukat Ġenerali, wara ħafna dewmien iddeċieda li joħrog Att ta’ Akkuża. Kienet saret talba għal riferenza Kostituzzjonali li ġiet miċħuda u wara Ii nħarġet l-Att tal-Akkuża, l-akkużat qajjem diversi lanjanzi kostituzzjonali fil-proċeduri pendenti quddiem il-Qorti Kriminali u talab li ssir Riferenza Kostituzzjonali.

B’sentenza mogħtija fil-11 ta’ Frar 2015, il-Qorti Kriminali ddikjarat kienet iddifferiet il-każ ‘sine die’ sabiex jistenna meta jmissu biex jinstema il-ġuri. Sadanittant it-tifla tal-akkużat, xehdet li missierha dam 31 xahar il-ħabs u ommha spiċċat waħedha u ma kellhiex x’titmagħhom. Kienu jgħinuhom tal-kommunità. Ommhom kienet tirċievi ċ-ċekk tar-relief u kienu jmorru jarawh il-ħabs kuljum.

Għall-bidu ma kienux ħallewhom jarawh. Qalet ukoll li missierha marid, għandu z-zokkor u jbati b’qalbu. Il-ħabs missierha kien jieħu l-mediċini. Xehdet ukoll martu li qalet li sakemm kien il-ħabs hija u t-tfal ghaddew minn ħafna tbatija u ġieli ma kienx ikollhom x’jieklu u kultant kienu jsajrulhom l-aħwa tal-kommunita tat-talb.

Kienu għamlu ħafna talbiet ghal libertà proviżorja imma kienu kollha miċħuda. Kienu jagħmlu żmien li ma setgħux jarawh fil-ħabs għax kienet qed toġġezzjona l-Ispettur Louise Calleja. L-Erbgħa u l-Ħadd kienu jarawh mal-mejda, u fost il-ġimgha wara t-tieqa bit-telefon. L-akkużat minn naħa xehed li hu qed jistenna li jgħaddi ħuri fuq akkuza li saret minn bintu fuq sess.

Hu kien tressaq il-Qorti fl-14 ta’ Jannar 2011 u minħabba oppożizzjoni tal-Avukat Ġenerali ngħata l-ħelsien mill-arrest biss f’Settembru 2013, minkejja li hu bniedem marid. Hu għamel 31 xahar detenzjoni minflok il-massimu ta’ 20 xahar skond il-liġi.

Minkejja li l-prosekuzzjoni kienet għalqet il-provi tagħha fis-27 ta’ April 2012, l-Avukat Ġenerali dam biex iressqu għall-ġuri u ppreċenta l-att ta’ akkuċa biss fit-18 ta’ Dicembru 2013. Tenna li hu persuna marida u għalhekk kellu jitqies bħala persuna vulnerabbili meta ttieħditlu l-istqarrija mingħajr l-ghajnuna tal-avukat.

Waqt l-interrogazzjoni huwa ċaħad li kien għamel atti sessuali ma’ bintu, iċda l-Ispettur Calleja kienet qaltlu li jekk ma kienx se jammetti kienet se tarresta lit-tifla talli ma qalitx il-verita.

Kien qal ukoll li fil-ħabs hu ma setgħax jircievi t-trattament mediku li kien meħtieġ u saħħtu marret lura u ż-żmien fil-ħabs ikkawżalu ħsara u tbatija fir-relazzjoni familjari tiegħu u ġiet imċaħħad mill-ħajja tal-familja. Għalhekk huwa kien qed jitlob rimedju u kumpens.

Qal li meta kien il-ħabs għall-bidu ma ħallewx jara lil tal-familja imbagħad beda jarahom fi ġranet mal-mejda u oħrajn mill-hġieġa. Dam ħdax il-xahar ma jara lit-tfal. Qabel ġie arrestat huwa ma kienx jaħdem; kien bir-relief.

Kien ilu xi 10 snin u l-mara ma taħdimx. Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni tagħha bħala Sede Kostituzzjonali preseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti ordnat lill-Avukat Ġenerali jgħaddi kumpens ta’ €3,000 minħabba ksur tad-drittijiet tiegħu.