Madwar 7,000 persuna damu aktar minn 6 xhur jistennew appuntament fl-Outpatients ta’ Mater Dei. Dan kien konfermat minn Rapport li ġie ppubblikat illejla mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO).
Kien il-managment ta’ Mater Dei illi fassal fuqu stess il-mira ta’ 26 ġimgħa, li kellu jkun il-massimu biex jingħata appuntament. Dan bil-għan li l-pazjenti ma jdumux jistennew – xi ħaġa li b’mod evidenti mhix tiġri.
Skont l-NAO, l-aktar persuni affetwati huma dawk li qed jistennew appuntament fl-Outpatients għad-Dijabete, għall-Klinika tal-Uroloġija u għall-appuntamenti fejn jidħlu problemi fl-imsaren.
Mir-Rapport li kien preżenta l-NAO f’Novembru tal-2017, it-tmexxija ta’ Mater Dei implimentat biss 3 minn 16-il rakkomandazzjoni.
Fost l-oħrajn, Mater Dei għadu lanqas biss implimenta l-introduzzjoni ta’ key performance indicators biex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija.
