– Kevin Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li Għawdex qed ikun iffaċċjat minn poblemi soċjali kbar minħabba li l-popolazjzoni żagħżugħa tal-gżira qed ttilaq u tmur tgħix f’Malta b’konsegwenza li Għawdex qed jispiċċa gżira li fiha jgħixu l-anzjani.
Fil-parlament Kevin Cutajar qal li s-sitwazzjoni soċjali qed tinbidel fejn Għawdex qed isir iktar gżira tal-anzjani, bil-ġenituri anzjani wkoll jitilqu minn Għawdex u jmorru ħdejn uliedhom f’Malta u li l-vojt li qed jinħoloq mill-Għawdxin qed jimtela’ minn Maltin u barranin. Dan minħabba li f’Għawdex hemm kirjiet baxxi li qed twassal għal popolazzjoni ġdida li qed tinbet ġewwa Għawdex. Dan il-kambjament sojali fil-popolazzjoni għandu jkun indirizzat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Awtorità ma tista’ tagħmel xejn bil-€200,000 li qed tingħata. F’Għawdex għandu jkun hemm Kunsill Reġjonali flok Awtorità.
Kevin Cutajar qal li s-saħħa kellha tibqa’ responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex iżda dan il-gvern ipprivatizza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex li ħalla sitwazzjoni diffiċli ħafna. L-isptar il-ġdid baqa’ ma sarx waqt li s-servizz tas-saħħa mhux qed ikomplu disponibbli fejn anki persuna tilfet ħajjitha minħabba n-nuqqasijiet tal-helicopter. Dwar L-iskola medika ta’ Barts l-Oppożizzjoni taqbel li dan hu żvilupp interessanti għal Għawdex iżda din saret snin wara li suppost tlestiet
Meta tkellem dwar ix-xogħol u l-investiment f’Għawdex, Kevin Cutajar qal li l-gvern Laburista falla milli jagħmel lil Għawdex mutur tal-ekonomija Maltija. L-Għawdxin għadhom ifittxu x-xogħol f’Malta fejn wieħed minn kull ħames Għawdxin jaħdmu Malta. Dan minbarra l-ħafna Għawdxin li telqu minn Għawdex u marru jgħixu Malta għal kollox.
Kevin Cutajar tkellem dwar l-importanza li l-kunsilli lokali għandhom jingħataw u spjega li fix-Xagħra għad hemm toroq li għadhom bla drenaġġ. Hu qal li l-Ministeru għal Għawdex seta’ jkompli jamministra l-edukazzjoni f’Gaħwdex. L-iskola tar-Rabat ilha snin tkun imwegħda.
Il-gvern għandu jgħin lill-istudenti li jgħixu Malta bil-battalja kontra l-ogħla tal-kera. Kellu jkun hemm miżuri għall-istudenti mis-sixth form ‘l isfel u inizjattivi biex in-numru kbir ta’ għalliema u lses li jaħdmu Malta inġiebu f’Għawdex.
Dwar il-konnettività, Kevin Cutajar qal li ma jistax jifhem il-gvern kien kapaċi jgħaffeġ il-fast ferry bejn Għawdex u Malta.
//= $special ?>