Għall-ħabta tal-10:30am seħħ inċident fi Triq il-Kosta, in-Naxxar.
Mill-ewwel informazzjoni li ksibna jidher li ragel ta’ 62 sena mir-Renju Unit residenti tas-Sliema, kien qed isuq rota meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ vettura tat-tip Chevrolet Lacetti li f’dak il-ħin kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq għax jidher li kellha xi ħsara.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna u r-raġel itteħed lisptar permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>