Il-plejer ta’ 14-il sena Dwayne Zahra u Kayden Lagana ta’ 11-il sena spiċċaw fl-ewwel u t-tieni post fil-kategoriji tagħhom fl-24 edizzjoni tal-JIC Sinjoor Youth Tournament fil-Belġju.
Fi Grupp D, Zahra kkwalifika fit-tielet post u kellu medja ta’ 210 fi tliet logħbiet biex mar fil-vantaġġ. Hu spiċċa r-rebbieħ wara li għeleb lil Vin van der Loo tal-Olanda 445-428 f’shoot-out ta’ żewġ logħbiet.
Lagana kien jinsab fi Grupp B u wkoll ikkwalifika għall-fażi finali bit-tielet post. L-ewwel għeleb lil Andrii Gadiatski 183-161 biex kien megħlub minn Tobias Kastfelt tad-Danimarka. Lagana kien jinsab pin minn fuq wara l-ewwel logħba iżda serje ta’ splits fisser li tilef it-tieni logħba u spiċċa 25 pin wara Kastfelt.
Dwayne Zahra u Kayden Lagana kienu parti mit-tim Malti magħmul minn Juliana Bonanno, Sara Xuereb, Kathryn Fenech, Philip Gruppetta, Matthew Magro, Miguel Xuereb, Edward Xuereb u Chris Fenech. Jispikkaw ir-riżultati miksuba minn Matthew Magro li tilef il-kwalifikazzjoni bi 12-il pin u Miguel Xuereb li temm fis-sitt post wara li kien irnexxielu jikkwalifika permezz ta’ logħba mill-aqwa li fiha kiseb 277 punt.