Lokali

Rumen bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn mutur

Arkivji

Rumen ta’ 31 sena residenti San Pawl il Bahar sofra ġrueħi gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija kien involut f’inċident tat-traffiku

L-inċident seħħ fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar u l-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari sabu li raġel Taljan ta’ 41 sena, ukoll residenti San Pawl il-Baħar u li kien qiegħed isuq mutur tat-tip Honda DK56381għal xi raġuni laqat lir-raġel mir-Rumanija.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet il-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.