Żagħżugħ ta’ 24 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur tiegħu tat-tip Hyosung Mirage ma’ karozza tat-tip Smart, misjuqa minn mara ta’ 62 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.45pm fi Triq il-Kosta, in-Naxxar, biż-żagħżugħ issa qed jingħata l-kura l-meħtieġa fl-Isptar Mater Dei wara li ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Fuq il-post issejħu ukoll il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara sabiex taw l-ewwel assistenza lis-sewwieqa, it-tnejn residenti San Pawl il-Baħar, u skattaw l-investigazzjonijiet dwar il-każ li għadhom għaddejjin.
//= $special ?>