Internazzjonali

Thunberg tirriffjuta premju għall-kontribut tagħha fl-ambjent

L-attivista Żvediża żagħżugħa Greta Thunberg reġgħet fl-aħbarijiet… din id-darba hekk kif it-tfajla ta’ 16-il sena irrifjutat premju ta’ 40,000 Lira Sterlina. Hi qalet li qed tirrifjuta l-premju għaliex “il-ftaħir u l-kliem sabiħ” mhux se jaqtgħu l-emissjonijiet tal-karbonju.

Permezz ta’ post fuq Instagram, Thunberg  żvelat li kienet ingħatat il-Premju bit-titlu ta’ tNordic Council Environment Prize għall-2019 iżda li kienet “iddeċidiet li tirrifjutah”.

Filwaqt li rringrazzjat lill-Kunsill għal dan l-unur tant prestiġġjuż, iż-żagħżugħa qalet li “l-Moviment tal-klima m’għandux bżonn aktar premjijiet”. Minflok, dak li għandna bżonn huwa li l-politiċi u dawk kolha fil-poter jibdew jagħtu każ ta’ l-aktar żviluppi riċenti fix-xjenza, qalet Thunberg.