Sport Sport Ieħor

Tliet atleti żgħażagħ tal-weightlifting bi prestazzjonijiet tajbin fit-tournament Challenge 210

It-tim nazzjonali taż-żgħażagħ magħmul minn Tenishia Thornton, Kim Camilleri Lagana u Tristan Zammit kisbu riżultati pożittivi fit-tournament Challenge 210 li sar fi Tramelan fl-Iżvizzera. Dan l-avveniment kien ta’ kwalifikazzjoni Olimpika u għalhekk kien diversi atleti promettenti.

L-atleta ta’ 14-il sena Tenishia Thornton bdiet bi snatch ta’ 52 kilo u u refgħet 67 kilo fil-cleand and jerk biex waqqfet tliet rekords nazzjonali fil-kategorija tad-49 kilo u spiċċat l-ewwel fil-kategorija tagħha. Thornton qed tipprepara biex tikkompeti fil-Kampjonat Ewropew taż-Żgħażagħ f’Iżrael f’Diċembru li ġej.

Kim Camilleri Lagana li għad għandha 11-il sena, ħadet sehem fl-ewwel kompetizzjoni internazzjonali tagħha. Hi spiċċat fl-ewwel post fil-grupp u temmet il-kompetizzjoni b’27 kilo fis-snatch u 35 kilo fil-clean and jerk. B’hekk kif kisret ir-rekords ta’ taħt it-13-il sena fil-kategorija tat-32 kilo.

Għall-atleta ta’ 16-il sena Tristan Zammit din ukoll kienet l-ewwel esperjenza internazzjonali għalih. Hu temm bi snatch ta’ 102 kilo u clean and jerk ta’ 123 kilo biex għamel tliet rekords nazzjonali fil-kategorija ta’ 102kg ta’ taħt is-17-il sena.

It-tim kien akkumpanjat mill-kowċ nazzjonali Jesmond Caruana li ġie magħżul biex ikun uffiċjal tekniku fil-parti tal-kwalifikazzjoni għall-Olimpjadi.