Valletta Subbuteo Club temmew l-impenji tagħhom fis-seba’ post fil-FISTF Champions League, f’kompetizzjoni li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet f’Caen fi Franza. Is-Sibt intlagħbu l-logħbiet tal-gruppi, b’Valletta jirbħu kontra t-Taljani TSC Warriors Torino 4-0, il-Franċiżi Issy Les Moulineaux 2-0, il-Griegi Falcons Athens TSC 1-0 u l-Belġjani SC Charleroi 2-0. B’hekk huma kkwalifikaw mill-grupp b’punti massimi.
Huma kkwalifikaw mal-aħħar tmienja wara li rebħu 3-0 kontra SC Lions Eugies tal-Belġju. Fil-kwarti tal-finali huma lagħbu kontra tim ieħor Belġjan u ħarġu telliefa 2-1 kontra Rochefort TS. It-tim ta’ Valletta Subbuteo Club kien magħmul mill-captain Samuel Bartolo, Derek Conti, Joseph Borg Bonaci, Mario Camilleri, Mark Gauci, Angelo Borg.
Bormla jtemmu fil-11-il post
Bormla Subbuteo Club ħadu sehem ukoll fiċ-Champions League u temmew fil-11-il post. Huma kienu fi Grupp D u kkwalifikaw wara rebħa ta’ 3-1 kontra Subbuteo Temploux u draws kontra kontra Olympia Club tal-Greċja 1-1 u kontra Bologna Tigers tal-Italja 2-2. Il-Bormliżi tilfu 1-0 kontra t-tim Belġjan Rochefort u 2-0 kontra CCT Napoli Eagles.
Mal-aħħar 16 huma kienu megħluba 4-0 min Napoli Fighters biex fil-logħbiet ta’ klassifikazzjoni temmew fil-11-il post. It-tim kien magħmul mill-captain Charles Aquilina, Josef Camilleri, Mauro Camilleri, Aaron Darmanin, George Ebejer, Hansel Mallia.
//= $special ?>