Internazzjonali

FILIPPINI: Terremot ieħor ta’ qawwa 6.5, minn tal-anqas 5 mejta

Minn tal-anqas ħames perusni tilfu ħajjithom fil-Filippini wara li terremot laħaq il-qawwa ta’ 6.5 fuq l-iskala Richter. It-terremot laqat in-nofsinhar tal-pajjiż.

Rapporti qed jgħidu li l-binjiet li kienu jinsabu qrib l-epiċentru ta’ dan it-terremot spiċċaw krollaw.

Din l-istess żona diġà kienet milquta minn żewġ terrimoti oħra, wieħed iktar kmieni din il-ġimgħa. B’kollox s’issa l-ammont ta’ nies mejta fit-tliet terrimoti li laqtu l-Filippini mis-16 t’ Ottubru ‘l hawn huwa 20. Wieħed mill-vittmi huwa uffiċjal lokali li kien ġewwa biex jgħin fiċ-ċentru tat-trattament mediku li kien imwaqqaf wara l-ewwel terremot.

L-Awtoritajiet tal-pajjiż wissew liċ-ċittadini taż-żona biex jibqgħu barra mid-djar u l-uffiċċji.