Futbol Lokali Sport

Ġemellaġġ sportiv bejn il-Mellieħa u Ragusa

L-iskola tal futbol tal- Mellieha Sports Club, nhar is-Sibt li ġej se tniedi ġemelaġġ sportiv ma Ragusa Boys, akkademja tal-futbol fi Sqallija. Zewg timijiet ta’ taħt it- 8 snin u 9 snin sejrin jiehdu sehem f’festival tal-futbol li se jkun organizzat bejn 4 timijiet oħra tal-lokal.

Permezz ta` din il-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ clubs, il-kowcis u tfal miż-żewġ naħat se jkunu jistaw jgawdu minn esperjenzi fl-iskola opposta, filwaqt li jkunu prezenti f`tournaments u festivals rispettivi.

Dan l-istaġun, l-iskola tal-football tal-Mellieħa Sports Club tiċċelebra wkoll it-30 anniversarju mit-twaqqif tagħha.