L-Awtorità tal-Ippjanar approvat permess ta’ żvilupp ta’ villa bil-pixxina f’art ODZ, “f’nofs l-għelieqi” fil-Qala.
F’vot li ttieħed waqt laqgħa dalgħodu ir-rappreżentant tal-Gvern fil-bord tal-Awtorità Clayton Bartolo vvota favur dan l-iżvilupp., intant id-Deputat Nazzjonalista Mathese Portelli f’isem l-Oppożizzjoni vvotat kontra dan l-iżvilupp massiċċ.
Rappreżentant tal-Gvern Laburista jivvota favur dan l-iżvilupp, filwaqt l-rappreżentant tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista vvutat kontra
Infatti l-vot li ttieħed ġie 7 voti favur u 4 voti kontra.
Il-Kunsill Lokali kien u għadu kontra dan l-iżvilupp bil-Kunsilliera Lokali tal-PN fil-Qala, għalkemm f’minoranza kienu minn ta’ quddiem kontra din l-applikazzjoni.
Infatti wara din l-aħbar il-Minority Leader Karl Buttigieg u l-Kunsilliera Valerie Cassar Mejlak stqarrew ma’ Net News li din id-deċiżjoni tkompli turi li l-Gvern flok qiegħed jaqbeż għall-interessi tar-residenti tal-Qala, qed jaqbeż għall-iżviluppaturi spekulattivi.
Xi ħaġa tal-iskantament li l-Kunsilliera Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Qala huma kontra dan il-proġett, madnakollu l-uffiċjal tal-Gvern Laburista fil-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvota favur dan l-imsemmi żvilupp
Residenti mill-Qala li tkellmu ma’ Net News qalulna li huma ferm irrabjati għar-rappreżentant tal-Gvern Laburista fil-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, illi vvota favur dan l-imsemmi żvilupp.
Wara din id-decizjoni, l-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa qalet illi hu inaċċettabbli li din iz-zona mill-isbaħ se tinqered, bi żvilupp li sejħitlu mhux sostenibbli.
Intant dwar dan tkellem sa anki l-MEP Laburista Alfred Sant talab biex l-Awtorità tal-Ippjanar spjega pubblika u dettaljata dwar id-deċiżjoni riskjuża li ħadet biex tawtorizza l-bini ta’ villa kbira barra l-Qala f’Għawdex, f’żona agrikola li mhijiex mogħtija għall-bini, meta r-rakkomandazzjoni kienet biex il-permess ma jinħariġx u x’wassal ukoll biex ittieħdet din it-tali deċiżjoni.
Huwa sostna li hekk din l-ispjega ma tingħatax, jew ma tkunx konvinċenti, mela bilfors jiżdiedu d-dubji fuq il-ħidma tal-Awtorità.
//= $special ?>