Il-Qorti laqat ir-Rikors li għamlu s-sidien tal-propjetà fejn hemm il-Każin tal-Partit Laburista f’Ħal Qormi, li insistew li qed jinkisrulhom id-drittijiet fundamentali tagħhom ladarba l-kera li jirċievu ma tirriflettix il-valur tal-propjetà. Għaldaqstant, huma se jingħataw €30,000 f’danni.
Fir-Rikors kontra l-Partit Laburista, Clothilde Borg, Carmen Mizzi, Joseph Mizzi, Salvinu Mizzi, Vincent Mizzi, Isabelle Mercieca, Cecilia Dalli u Felicita Micallef ingħad li l-valur tal-kera, illum imħallas fil-munita ewro u li jammonta għal €197.04, jitħallas kull sena bil-quddiem.
Kompla jingħad li hu evidenti li, meta wiehed iqis il-valur tal-post u fejn jinsab, il-kera li qed tiġi offruta mill-Kumitat Laburista ta’ Ħal Qormi lis-sidien hi baxxa ħafna u bl-ebda mod ma tirrifletti kumpens xieraq fid-dawl tal-valur reali tal-propjetà.
Il-Qorti talbet il-laqgħa li jkun illikwidat kumpens xieraq, filwaqt li tagħti rimedju effettiv u opportun. Għaldaqstant, f’isem il-Gvern, l-Avukat Ġenerali ntalab iħallas €5,000 bħala danni morali u €25,000 bħala danni pekunjarji.
//= $special ?>