Il-grupp terroristiku ISIS ħabbar li l-Kap ġdid tiegħu huwa Abu Ibrahim al-Hashemi al-Qurayshi u qiegħed jirreferi għalih bħala ‘Kalif’.
L-ISIS anki kkonfermaw il-qtil, fi tmiem il-ġimgħa, ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, li l-kumpless tiegħu, fil-majjistral tas-Sirja, spiċċa mira għall-qawwiet speċjali tal-Istati Uniti. Baghdadi kien ħarab għal ġo mina fejn tajjar l-isplussivi li kellu fi ħwejġu u fejn mietu miegħu żewtġ itfal li kienu qed jakkumpanjawh.
Baghdadi kien iddikjarat Kap tal-ISIS fl-2014 meta l-grupp kien ħataf il-kontroll ta’ territorji fl-Iraq u s-Sirja waqt li impona renju tat-terrur fuq il-popolazzjoni ċivili.
//= $special ?>