Libjan ta’ 34 sena, residenti r-Rabat Għawdex, tressaq il-Qorti t’Għawdex mixli li kkorrompa tifla ta’ taħt it-tnax-il sena u li abbużaha sesswalment mingħajr il-kunsens tagħha.
L-akkużat, li ġie mixli ukoll li renda ruħu reċediv, tressaq quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana.
Il-Libjan wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u nżamm arrestat wara li ma ngħatax il-libertà proviżorja
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Josef Gauci u John Spiteri.
//= $special ?>