Kultura Lokali

Lukanda tal-waħx fis-Swieqi għall-Halloween

Ritratt: Matthew Tabone

Attività għall-Halloween imtella’ minn J.P. Barthet, li bdiet għall-gost u sabiex toffri spettakli lill-ġirien fi Triq is-Swieqi, is-Swieqi, illum il-ġurnata qegħda tiġbor fondi għall-Cystic Fibrosis Fundraising Malta.

NET News żar din il-lukanda tal-waħx fejn ra mill-qrib ix-xeni makabri li rnexxielhom joħolqu dawn il-voluntiera. Kull min żar il-lukanda seta’ japprezza l-immaġinazzjoni u l-artistrija tal-organizzaturi u filwaqt li ħadu xi qata’ jew tnejn, taw donazzjoni għal għan nobbli.

Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone
Ritratt: Matthew Tabone