Lokali

Pont uniku fid-dinja

Gurthie Bridge, fil-Forti Rinella, se jkun pont uniku fix-xorta tiegħu mawar id-dinja kollha. Dan hekk kif se jkun l-uniku wieħed ta’din l-ghamla li se jkun qed jaħdem.

Iddisinjat mill-persuna li ħa ismu, dan il-pont inbena mill-Forzi Ingliżi lura fl-1869 biex joffri sigurta lil dan il-Forti. Dan il-pont baqa’ jintuża sal-1920, fejn maż-żmien beda jidditerjora ftit ftit.

Il-proġett li se jieħu madwar 12-il xahar biex jitlesta, se jinvolvi restawr totali ta’ dan il-pont sal-inqas dettall, fejn se jintużaw l-istess tekniki li ntużaw oriġinarjament. Proġett li ilu ħolma tal-Fondazzoni Wirt Artna għal  diversi snin.

Il-proġett ta’ dan il-pont, li se jkun iffinnanzjat minn kumpanija lokali b’nefa ta’ madwar 60,000 ewro, se jkun ta’ attrazzjoni turistika ghal dawk kollha li jżuru pajjiżna.