Lokali Qorti

Rikors biex jostor ix-xhieda tal-Libjani kontrieh

Neville Gafà jitlob li titħassar l-evidenza li ngħatat

Il-konsulent tal-Gvern Neville Gafa fetah rikors Kostituzzjonali biex jirribatti l-akkuzi serjissimi li saru minn xi Libajni dwar l-iskandlu tal-visas medici…b’Gafa jghid li x-xiehda ta’ din il-gimgha kienet biss messa in xena.

Neville Gafa qal illi d-dettalji tal-ahhar seduta fil-kawza ta’ libell li ghandu kontra l-Independent, kienet seduta li sejhilha Babilonja – skont hu, mimlija tahwid.

Fis-seduta, li saret 3 ijiem ilu, il-Libjani xehdu permezz ta’ Skype, jigifieri b’video fuq l-internet.

Fit-testimonjanza taghhom, l-erba’ Libjani li xehdu kontra Neville Gafa fuq l-iskandlu tal-visas mediċi qalu li wara li hu talabhom il-flus biex tinħarġilhom il-visa, kien Gafa stess li offrielhom il-flus … bejn €200,000 u €300,000 biex jixtri s-silenzju tagħhom.

Fix-xandira online, l-istess Libjani qalu li Neville Gafa talabhom bejn €2,000 u €3,000 biex dawn il-visas ikunu jistgħu jinħarġu.

Fir-rikors, Neville Gafa qed jitlob li tithassar din l-evidenza li inghatat, u qed jitlob li l-Qorti tiddikjara li hu kellu d-dritt ghal smiegh xieraq mittiefes.