Lokali Saħħa

Sitwazzjoni gravi għall-infermiera

Bħalissa f’pajjiżna m’hemm l-ebda sezzjoni ta’ infermiera li qed taħdem b’mod komplet…bin-nuqqas ta’ infermiera f’pajjiżna issa ilu jippersisti għal numru ta’ snin. Jistqarr dan il-President tal-MUMN Paul Pace waqt intervista li saritlu minn The Malta Independent.

Iktar ma jgħaddi ż-żmien is-sitwazzjoni qed tkompli tiggrava għax dan in-nuqqas qed ikompli jiżdied, tant li hemm iktar nies li qed jitilqu minn din il-professjoni milli jagħżlu li jidħlu għaliha.

Is-sitwazzjoni tant saret waħda allarmanti li Mater Dei qed jispiċċa jitlef madwar tnejn u tliet infermiera kull ġimgħa. Dan meta madwar 15% tal-infermiera f’pajjiżna huma barranin. Paul Pace saħaq li hemm bżon li tittiħed azzjoni b’mod immedjata f’dan ir-rigward.

Il-President tal-MUMN jisħaq li waħda mis-soluzzjonijiet hija li l-istudenti li jidħlu għal dan il-kors, ma jkollhomx bżonn A-level fil-Biology.. waħda mill-fatturi li qed tagħhmilha iktar diffiċli għal dawn l-istudenti biex jagħżlu din il-linja ta’ studju.

Ħaġ’oħra inkwetanti hija li ħafna studenti qed jagħżlu li jmorru għall-professjonijiet mediċinali oħra li joffru aktar paga b’inqas sigħat ta’ xogħol.

Il-ftehim kollettiv li kien sar min-naħa tal-Gvern għall-infermiera, issa qed jispiċċa jiġi estiż ukoll għall-professjonijiet oħra. Dan b’detriment li l-istudenti qed jagħżlu li jistudjaw professjonijiet oħra, b’dik tal-infermiera ma tibqax tkun waħda attraenti. Għalhekk il-Gvern hemm bżonn jaħdem biex jagħmel din il-professjoni iktar attratenti għal dawn l-istudenti.

Paul Pace jistqarr li kaġun ta’ dan in-nuqqas ta’ persuni, l-infermiera qed jispiċċaw jaħdmu sigħat itwal.Huwa semma wkoll li l-paga tal-infermiera tinsab taht il-medja tal-Unjoni Ewropea, bl-Irlanda tkun l-iktar pajjiż li joffri paga għolja għal din il-professjoni tant li ħafna Maltin qed jagħżlu li jmorru jaħdmu hemm.