Lokali

Skandlu ta’ 50 miljun ewro: Il-Prim Ministru ma jweġibx

Skandlu kbir ta’ 50 miljun – flus li setgħu marru għall-mediċini b’xejn, biex jinfetħu swali ġodda, biex titnaqqas il-waiting list fl-isptarijiet, biex jiżdiedu l-infermiera, biex tissaħħaħ il-kura għall-anzjani – iżda l-Gvern xorta għażel li jibqa’ jagħti dawn il-miljuni lil Steward Healthcare, li minn naħa taghħom f’dawn is-sentejn m’għamlu l-ebda investiment maġġuri f’pajjiżna.

Minkejja li l-Assoċjazzjoni tat-tobba qed tgħid li dan id-deal falla, il-Prim Ministru jibqa’ jilgħabha li ma jaf xejn… u jibqa’ jaħrab milli jwieġeb.