Il-Kamra Amerikana tar-Rappreżentanti għadha kemm għaddiet riżoluzzjoni biex tipproċedi, formalment, bl-inkjesta għall-impeachment potenzjali tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.
Il-miżura dettaljat kif l-inkjesta għandha tgħaddi għal ‘fażi aktar pubblika’ — bil-vot ma jiddeċidix jekk il-President għandux jgħaddi minn impeachment jew le.
Fil-fatt, il-vot — li kien ikkundannat mill-White House — kien l-ewwel eżami formali għall-appoġġ tal-impeachment ta’ Trump fil-Kamra tar-Rappreżentanti kontrollata mid-Demokratiċi. Intant, ir-riżoluzzjoni fasslet ukoll id-drittijiet tal-avukati li jistgħu jippreżentaw lil Trump fi proċedura għall-impeachment.
Donald Trimp hu akkużat b’li ipprova jwettaq pressjoni fuq l-Ukrajna biex tinvestiga allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni mhumiex issostanzjati fil-konfront ta’ Joe Biden, Demokratiku u r-rivali politiku tal-President Amerikan, u iben Biden li kien jaħdem għal kumpanija tal-gass tal-Ukrajna.
Il-President tal-Istati Uniti qed jiċħad għal kull aġir li jista’ jeħtieġ proċess għall-impeachment tiegħu.
//= $special ?>