Lokali

Arrestati 5 żgħażagħ wara tfittxija f’Ħal Luqa

Iktar ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, il-Ġimgħa wara nofsinhar wasslet għall-arrest ta’ 5 żgħażagħ, 4 irġiel u mara, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u 19-il sena.

L-arresti saru wara tfittxijiet f’Ħal Luqa.

Assistiti mil-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit u mis-sezzjoni tal-klieb, minn tfittxija li saret uq iż-żgħażagħ, instabu li kienu fil-pussess ta’ boroż bil-pjanta tal-kannabis u pakketti b’sustanza bajda suspettata li hi droga kokaina

Iż-żgħażagħ qed jinżammu arrestati sabiex jgħinu lill-pulizija fl-istħarriġ li għadu għaddej