Lokali

Claudette Buttigieg titlob kumpens għat-tkeċċija illegali mill-PBS

Id-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li kienet twaqqfet b’mod illegali mill-PBS milli tippreżenta l-programm Sellili fuq l-istazzjon Nazzjonali lura fl-2012 qed teżiġi kumpens mingħand l-istess PBS.

Dan għad-danni li sofriet konsegwenza ta’ azzjoni li ġiet meqjusa illegali mill-Qorti.

Claudette Buttigieg kienet bdiet proċeduri legali, fejn f’Lulju li għadda, il-Qorti tal-Appell sabet li l-mod kif twaqqfet milli tkompli tippreżenta wara li ħabbret li kienet ħierġa għall-politika xhur qabel ma tħabbret elezzjoni, kien fi assolumtament fi ksur tad-drittijiet tagħha.

Issa id-Deputata Nazzjonalista permezz ta’ ittra ġudizjarja ffirmata mill-Avukat tagħha Tanya Sciberras Camilleri qed titlob kumpens finanzjarju biex jagħmel tajjeb għad-danni li sofriet kaġun tal-azzjoni llegali li ttieħdet kontriha.