Iktar minn tliet mitt persuna l-Ħamis filgħaxija qattgħu lejliet il-festa tal-qaddisin kollha f’attività mhux tas-soltu f’Haz-Zebbug. Dan hekk kif erba’ statwi li jinsabu fil-Knisja Arċipretali tal-lokalità inħarġu fid-daħla tal-knisja fost talb u kant – attività li għaliha attenda wkoll grupp kbir ta’ tfal.
L-Arċipriet Daniel Cordina spjega li kollox beda meta waħda mill-parruċċani gibditlu l-attenzjoni li l-Knisja tikkritika l-festa ta’ Halloween, imma ma toffrix alternattiva.C
Matul l-attività nġabru wkoll diversi prodotti tal-ikel, li issa se jitqassmu lil nies fil-bżonn, waqt li ħafna ħadu wkoll xemgħat li tbierku. Huma kienu mħeġġa biex issa, dawn ix-xemgħat jitpoġġew fuq l-oqbra tal-għeżież tagħhom, bl-Arċipriet li ddeskriva lil dawk li ħallewna bħala qaddisin.
Min-naħa l-oħra f’Bormla, Mirea, Sirea, Naomi u Destiny, appoġġjati mill-ġenituri tagħhom u bil-permess tal-Kappillan, daru t-toroq ta’ Bormla u ġabru l-ikel u prodotti oħra li issa se jitqassmu lil familji fil-bżonn. Attivita’ ohra saret f’Burmarrad, fejn ukoll ingabar ikel ghal dawk l-aktar fil-bzonn.
Il-31 t’Ottubru kull sena qed tikber fil-popolarita’ fejn jidhlu c-celebrazzjonijiet ta’ Halloween. Fis-Swieqi bħal kull sena reġgħet saret waħda mill-iktar attivitajiet tax-xorta tagħha marbuta ma’ Halloween.
Dan hekk kif għexieren ta’ tfal, akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom, daru t-toroq tal-lokalità jiġbru l-ħelu b’diversi djar li kienu mżejna apposta.
Ġiet organizzata wkoll dik li kienet deskritta bħala lukanda tal-waħx, b’diversi attivitajiet u tfal lebsin il-kostumi. Dan kollu bl-iskop li jinġabru donazzjonijiet li jassistu lill-Fondazzjoni li tassisti lil persuni li jbatu mis-Cystic Fibrosis.
//= $special ?>