Il-Ministu responsabbli għall-politika soċjali Michael Falzon m’għandux tweġiba għall-kuntratt straordinarju li ngħata Kurt Farrugia ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro.
Fid-diskors tiegħu fi tmiem il-preżentazzjoni annwali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali, il-Ministru Falzon tkellem dwar l-importanza li jkun hemm użu tajjeb tal-fondi pubbliċi. Mistoqsi preċiżament dwar dan, fid-dawl tal-pakkett li ngħata Kurt Farrugia, il-Ministru kien viżibilment skomdu.
Iktar kmieni waqt l-istess preżentazzjoni, il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni, Alfred Grixti, ikkwota kors ta’ taħriġ partikolari li kien sewa’ €85,000. Mistoqsi dwar il-fatt li dik is-somma, Kurt Farrugia se jkun belagħha fi ftit xhur…u jekk hux komdu dwar dan, il-Ministru Michael Falzon qal li wieħed dejjem ikun irid iktar fondi biex jaħdem u jwettaq programmi ta’ taħriġ.C
L-eks Kap tal-Komunikazzjoni ta’ Joseph Muscat se jkun qed jaqla sa’ massimu ta’ €500 kuljum bħala Kap Eżekuttiv ta’ Malta Enterprise. Barraminhekk, f’każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt – anki jekk jirriżenja hu minn jeddu – Kurt Farrugia idaħħal iktar minn €130,000 fil-but.
//= $special ?>