Lokali

Ivvandalizzat sur il-Belt

Materjal mitfuħ mal-ħajt ta' sur fil-Belt Valletta

Għadab kbir fost il-kunsilliera u r-residenti ta’ Belt hekk kif jidher li persuni mhux magħrufa wettqu att vandalu meta remew materjal mal-ġenb ta’ sur fil-Belt Valletta.

Diversi persuni tellgħu posts fuq Facebook b’ritratti li juru materjal ta’ lewn ġriż ċar iċarċar mal-ħajt tas-sur. Mhux magħruf lanqas x’inhu l-materjal iżda mal-ewwel daqqa t’għajn jidher li jista’ jkun materjal tal-kostruzzjoni.

L-att vandalu sar fuq sur fil-inħawi ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi.

Il-Pulizija tad-Distrett qegħdin jinvestigaw dak li seħħ.