Ilbieraħ f’Ruma tnediet l-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games. Il-ftuħ uffiċjali bdiet b’parata madwar it-toroq ta’ Ruma mill-karozzi li se jkunu qed jikkompetu u spiċċat permezz ta’ ċerimonja. F’dawn il-Logħob se jkun hemm sitt dixxiplini differenti li huma Touring Car Cup, F4 Cup, Digital Cup, GT Cup, Karting Slalom Cup u Drifting Cup.
Malta hi rappreżentata fid-Drifting Cup mis-sewwieq Kane Pisani li għalih mhux se tkun l-ewwel esperjenza barra minn xtutna. Aktar minn 50 pajjiż se jikkompetu f’dan l-avveniment li se jibqa’ sejjer sal-Ħadd li ġej fiċ-ċirkwit ta’ Vallelunga.
//= $special ?>