L-attakkanti Lionel Messi u Sergio Aguero kienu mill-ġdid imsejjħa mat-tim nazzjonali tal-Arġentina għal-logħbiet ta’ ġbiberija kontra l-Brażil u l-Urugwaj. Messi seta’ jissejjaħ mill-ġdid fl-iskwadra ta’ pajjiżu wara li skonta sospensjoni ta’ tliet xhur.
Messi kien weħel tliet xhur sospensjoni mill-CONMEBOL wara li hu kien akkuża lill-istess konfederazzjoni tal-Amerika t’Isfel b’korruzzjoni wara l-edizzjoni tal-Copa America li saret fil-Brażil fis-sajf li għadda.
Sergio Aguero ma kienx sospiż iżda hu wkoll ilu ma jkun imsejjaħ mill-kowċ Lionel Scaloni sa mill-istess Copa America. L-arġentina se tilgħab kontra l-Brażil fil-15 ta’ Novembru fl-Għarabja Sawdija, u tlett ijiem wara tilgħab f’Iżrael kontra l-Urugwaj.
L-iskwadra msejjħa minn Scaloni hi din:
Goalkeepers: Agustín Marchesín (Porto), Juan Mussi (Udinese), Emiliano Martínez (Arsenal), Esteban Andrada (Boca Juniors).
Difensuri: Juan Foyth (Tottenham), Renzo Saravia (Porto), Nicolás Otamendi (Manchester City), Germán Pezzella (Fiorentina), Marcos Rojo (Manchester United), Walter Kannemann (Gremio), Nicolás Tagliafico (Ajax), Nehuén Pérez (Famalicao).
Midfielders: Guido Rodríguez (América de México), Giovani Lo Celso (Tottenham), Leandro Paredes (Paris Saint-Germain), Nicolás Domínguez (Vélez Sarsfield), Rodrigo de Paul (Udinese), Marcos Acuña (Sporting Lisbon), Roberto Pereyra (Watford), Lucas Ocampos (Sevilla).
Attakkanti: Lionel Messi (Barcelona), Sergio Agüero (Manchester City), Nicolás González (Stuttgart), Lucas Alario (Bayer Leverkusen), Lautaro Martínez (Inter Milan) u Paulo Dybala (Juventus).