New Zealand temmet it-Tazza tad-Dinja fit-tielet post b’rebħa ta’ 40-17 kontra Wales f’logħba li ntlagħbet fit-Tokyo Stadium. Din kienet l-aħħar logħba fit-tmexxija għal Steve Hansen. Hu kien ingħaqad mal-All Blacks fl-2004 bħala assistent ta’ Graham Henry u nħatar kowċ nazzjonali f’Diċembru tal-2011. Hansen rebaħ 87% tal-logħob u mexxa lil New Zealand għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2015.
Wara tries ta’ Joe Moody u Beauden Barrett u żewġ conversions ta’ Richie Mo’unga, Wales wettqet reazzjoni permezz ta’ try minn Hallam Amos u conversion u penalty minn Rhys Patchell għal skor ta’ 14-10. Iżda fl-aħħar seba’ minuti tat-taqsima, il-winger Ben Smith skorja żewġ tries biex flimkien ma’ żewġ conversions ta’ Mo’unga, it-tim ta’ Steve Hansen daħal jistrieħ 28-10.
New Zealand kellha bidu mill-aqwa għat-tieni taqsima bi try ta’ Ryan Crotty u l-ħames conversion ta’ Mo’unga għal vantaġġ komdu ta’ 35-10. Try ta’ Josh Adams u conversion ta’ Dan Biggar naqqsu d-distakk, b’Mo’unga jissiġilla r-rebħa lejn it-tmiem.
Tazza tad-Dinja
Finali: Yokohama Stadium
Is-Sibt: Ingilterra v Afrika ta’ Isfel 10.00am
//= $special ?>