Edukazzjoni Lokali

Numru ta’ domandi mill-UPE Voice of the Workers

Il-UPE Voice of The Workers, il-Union tal-Edukaturi Professjonali, qed tistudja l-kontenut tat-3 Abbozzi mressqa fil-Parlament – dak dwar l-Edukazzjoni, ieħor dwar l-Edukazzjoni Ogħla kif ukoll l-att li jirregola l-professjoni.

Iddikjara dan il-Kap Eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone, waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Sansone qal li din hija prova ċara li hemm xkiel fil-konfront tal-UPE biex huma jitwaqqfu milli jitkellmu fuq affarijiet oħrajn.

It-tliet atti msemmija, ser ikunu qed ibiddlu is-sistema edukattiva kif nafuha llum fejn se tinħoloq entità pubblika li tissejjaħ Education Malta.

Graham Sansone saħaq li fl-2017 kien iffirmat ftehim kollettiv minn union oħra li ma ntlaqax tajjeb mill-edukatur.

Il-UPE staqsiet kif qed ikunu nnegozjati l-kundizzjonijiet ġodda għall-edukaturi, fosthom il-ħinijiet tax-xogħol.