Lokali

AĠĠORNATA: Ġlied fl-Open Centre tal-Marsa

Matul il-lejl kien hemm mill-ġdid inkwiet fl-Open Centre tal-Marsa. Dan hekk kif numru ta’ immigranti kienu involuti fi ġlied, li f’xi ħin anke eskala.

Dawk involuti ġarrbu ġrieħi ħfief.

Net News hu infurmat li l-każ żviluppa għall-ħabta tal-11:30pm, bil-Pulizija tal-RIU jissejħu immedjatament fil-post biex jikkalmaw is-sitwazzjoni.

Minkejja li kien hemm rapporti inizjali ta’ inkwiet anke f’Ħal Far u fiċ-ċentru ta’ Ħal Safi, kelliem għall-Pulizija qal li dan ma kienx il-każ.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.