Internazzjonali

Persuna mejta u 15 midruba f’inċident f’Londra

Ritratt: mylondon.com

Persuna tilfet ħajjitha u diversi oħra ndarbu f’inċident bejn żewġ karozzi tal-linja u karozza f’Londra.

Toroq fiz-zona ta’ Orpington fin-nofsinhar ta’ Londra ingħalqu wara li seħħ l-inċident għall-ħabta tal-10.00 ta’ filgħaxija ħin lokali.

Raġel inżamm arrestat fuq suspett li permezz ta’ sewqan perikoluż ikkawża l-mewt ta’ persuna.

Ir-raġel kien qed isuq karozza li kient involuta fil-ħabta ma’ żewġ karozzi tal-linja single decker.

Persuna mietet fil-post tal-inċident u 15 oħra sofrew xi ġrieħi kawża tal-ħabta.

Sa issa ma ħarġux dettalji dwar il-vittma jekk kif il-Pulizija kienu għadhom qed jippruvaw jagħmlu kuntatt mal-qraba tiegħu.