Matul il-Kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017, il-Gvern qassam 130 flat tal-Gvern li ġew vakati – postijiet tal-housing li ghal xi raguni jew ohra ikunu disponibbli wara li jkunu spiccaw vojta. Dan l-ammont kien 16-il darba iktar mill-għadd ta’ postijiet tal-Gvern li ġew imqassma fl-erba’ xhur ta’ qabel.
Id-Deputat tal-Oppożizzjoni Ivan Bartolo tkellem dwar din il-kwistjoni waqt dibattitu fil-Parlament nhar l-Erbgħa filgħaxija.
Huwa spjega kif il-biċċa l-kbira tal-flats mqassma mill-Awtorità tad-Djar fl-ewwel nofs tal-2017, lahaq l-akbar ammont tieghu fl-aħħar ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali tal-5 ta’ Ġunju.
Ivan Bartolo tkellem kif 130 mit-139 unit li ngħataw dik is-sena tqassmu bejn il-bidu ta’ Mejju, meta tħabbret l-elezzjoni u t-3 ta’ Ġunju, jumejn qabel l-elezzjoni nnifisha.
Ivan Bartolo tkellem ukoll dwar l-wegħda tal-Gvern Laburista, dik li jwettaq proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali ta’ €50 miljun; wegħda li saret fl-aħħar 4 baġits iżda li l-Gvern għadu m’għamel xejn fuqha.
Waqt li kkwota mill-Eurostat, Ivan Bartolo qal li l-faqar f’Malta qed jiżdied… b’dawk f’riskju laħqu d-90,000. Tħassib simili tqajjem minn entitajiet bħall-Caritas, il-Millennium Chapel u NGOs li jmexxu djar ta’ kenn u banek tal-ikel. Madankollu, il-gvern kien qed jgħix f’dinja parallela peress li kien qed jinsisti li l-faqar qed jonqos, irrimarka Bartolo.
Minn naħa tiegħu, id-Deputat tal-Oppożizzjoni Claudio Grech appella għal dibattitu dwar il-Living Income u saħaq li l-ħtieġa għal diskussjoni qatt ma kienet daqshekk urġenti daqs iċ-ċirkostanzi attwali.
Claudio Grech irrimarka li din id-diskussjoni ghandha issir anke fl-MCESD.
//= $special ?>