Id-difensur ta’ 25 sena Samir Arab kien it-tielet mistieden ta’ Christian Micallef fir-rokna Replay Drive li xxandret il-Ħadd li għadda waqt il-programm Replay fuq Net Television.
Arab li rritorna għat-taħriġ proprju llum, weħel sospensjoni ta’ sentejn hekk kif minkejja li ma aċċettax flus b’rabta mal-logħba tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena kontra l-Montenegro, naqas li jirrapporta fil-ħin.