Budget 2020 Lokali Saħħa

Skandlu Steward: Il-Ministru Edward Scicluna jinħeba wara l-Awditur Ġenerali

L-ewwel jgħid li l-Awditur Ġenerali giddeb lill-Assoċjazzjoni Medika Maltija…. imbagħad jgħid li qed jevalwa id-dikjarazzjonijiet li saru dwar il-kuntratt ta’ Steward Healthcare.

Hekk qal il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna meta mistoqsi jekk il-Ministeru tieghu għandux jinvestiga l-allegazzjonijiet serji li saru mill-Assoċjazzjoni tat-tobba.

Ftit tal-jiem ilu, il-MAM wissiet li l-istess storja tal-Vitals, fejn il-Gvern ta miljun kbar u l-poplu ma ħa prattikament xejn lura, qed tirrepeti ruħha ma’ Steward.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President tal-MAM, it-Tabib Martin Balzan, sostna li l-Gvern qed joħroġ miljuni ta’ ewro biex jonora ftehim fallut. Steward Healthcare, u Vitals qabilhom, ħadu miljuni ta’ ewro biex jiżviluppaw tliet sptarijiet pubbliċi, l-Isptar Karin Grech, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Iżda ftit li xejn minn dawn il-miljuni ma dehru f’dawn l-isptarijiet li baqgħu mitluqa.C

Iżda meta mistoqsi dwar dan, il-Ministru tal-Finanzi bilkemm ma’ riedx jgħid li l-Assoċjazzjoni tat-Tobba qed tigdeb…. u li ġiet imgiddba mill-Awditur Ġenerali.C

Fl-istess nifs, Edward Scicluna qal li l-Awditur Ġenerali qiegħed jevalwa il-konċessjoni lil Steward, u hu ma jistax joqgħod jinvestiga kull dikjarazzjoni li ssirC

Sadanittant, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed imexxi azzjoni fil-Qrati sabiex il-kuntratt ikun imħassar u t-tliet Sptarijiet jingħataw lura lill-pubbliku.